L-attivista Iranjana għad-drittijiet umani Narges Mohammadi, li tinsab fil-ħabs ta’ Evin, irċeviet il-Premju Nobel għall-Paċi tal-2023 bħala turija t’appoġġ lejn il-ġlieda tagħha favur id-drittijiet tan-nisa fl-Iran.
Mohammadi, li għandha 51 sena, ilha dawn l-aħħar għaxar snin dieħla u ħierġa l-ħabs minħabba akkużi ta’ propaganda kontra l-istat u ta’ organizzar ta’ protesti fil-ħabs.
Il-familjari tagħha u attivisti oħrajn jinsabu inkwetati ħafna għall-benesseri tagħha, u qed jittamaw li din l-attenzjoni internazzjonali twassal biex hi tinħeles mill-ħabs.
CNN, NBC, BBC