Avviż Important: "Jidher Li Qegħdin Nesperjenzaw Problemi li Jista' Jkollhom Impatt Fuq Is-Servizzi Tal-Broadband Għall-Klijenti" – GO

GO irrapurtaw li diversi klijenti qed ikollhom problemi fl-internet u b’hekk huma qed jaraw eżatt x’inhi l-problema.





Fuq il-paġna tagħhom huma kitbu, “Jidher li qed nesperjenzaw problemi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi tal-broadband għall-klijenti f’żoni ċentrali u għal dawk fin-Nofsinhar. It-tim tekniku tagħna ntbagħat kollu biex jiddentifika l-kawża ewlenija tal-problema u biex jiġbor aktar informazzjoni dwar il-kwistjoni.”



Huma komplew jispjegaw, “Dan jippermettilna niddentifikaw l-aħjar azzjoni biex il-klijenti milquta jerġgħu jkollhom is-servizz fl-iqsar żmien possibbli. L-ebda dettalji addizzjonali mhuma disponibbli għalina bħalissa, imma se nkunu lura b’informazzjoni ulterjuri hekk kif din tkun qed taslilna.”

Fl-aħħar avżaw ukoll, “Bħala riżultat, iċ-ċentru ta’ kuntatt tagħna qed jesperjenza influss ogħla ta’ telefonati, għalhekk il-ħin ta’ stennija jista’ jkun itwal mis-soltu. Niskużaw ruħna għall-inkonvenjent.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI