Illum Jagħlaq Sninu L-Attur Komiku Matthew Sant Sultana – Ħafna Jiftakruh F’Min Imissu?

Dalgħodu bosta qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-attur komiku Matthew Sant Sultana hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Hu kien sar popolari l-iżjed fix-xena lokali permezz tal-karattru tal-Lajf li kien jinterpreta kemm-il darba waqt il-programm komiku ‘Min Imissu?’.



Waħda mill-ewwel produzzjonijiet li hu kien ħa sehem fiha kienet proprju s-sensiela ‘La Tħobbnix’ li mbagħad fit-tieni staġun kienet ħadet l-isem ‘Ħobbni Ftit’.



Matthew Sant Sultana ħa sehem f’għadd produzzjonijiet oħrajn ukoll fosthom DIVISION 7, Merjen kif ukoll Il-Miraklu ta’ Ħal Saflieni.

Illum il-ġurnata hu jnissel tbissima fost bosta bix-xows li jtella’ sikwit.



Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u iżjed suċċess fil-futur!

Ritratti:

Facebook / Matthew Sant Sultana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI