Is-sit ta’ Transport Malta qed toħroġ avviż importanti lil baħħara minħabba water pipeline li jista’ jkun ta’ periklu.
“Transport Malta terġa’ tgħarraf lill-baħħara li jagħmlu użu mill-Port ta’ Marsamxett li 28 metru ‘l bogħod mill-kosta hemm water pipeline li jista’ jkun ta’ periklu.L-Awtorità tħeġġeġ biex min ibaħhar f’din iż-żona, jagħmel dan b’attenzjoni massima u jżomm ‘il bogħod minn dan il-pipeline.Inħeġgu ukoll lill-baħħara biex jaraw in-Notifikazzjoni tal-Baħħara qabel kull ħarġa fuq il-baħar minn din il-link: http://www.transport.gov.mt/…/loca…/official-notices-122”