"Awguri Binti Justine. 22-il Sena Ilu Kienet L-Aktar Ġurnata Sabiħa Ta’ Ħajti." – Omm Justine Shorfid F'Għeluq Sninha

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Justine Shorfid. Justine tista’ tgħid li impressjonat lill-Maltin u l-Għawdxin kollha lura fl-2019, fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta. Hi klassifikat fit-tieni post.

Justine ħadet sehem anke f’żewġ konkorsi kbar fosthom Mużika Mużika u l-Malta Eurovision, aktar kmieni din is-sena. Fi Frar li għadda rajnieha tikkompeti bil-kanzunetta Still I Rise, fejn waslet sas-serata finali biha.



Shorfid Shorfid



Ritratt: Facebook/ Justine Shorfid

Omm Justine kitbet messaġġ mill-isbaħ għall-okkażjoni.

“Awguri binti Justine. 22 sena ilu kienet l-aktar ġurnata sabiħa ta’ ħajti. Kburija dejjem bik. Ibqa’ tgħallem u imxi ‘l quddiem f’ħajtek u agħti dejjem valur lir-rispett, edukazzjoni u mħabba. Dawk m’għandhomx prezz. Inħobbok.”

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Justine f’għeluq sninha!



Ritratt: Facebook/ Justine Shorfid

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI