“Awguri Dara! Bdejna Dan Il-Vjaġġ Tal-Eurovision Flimkien U Qed Nispiċċawh Flimkien” – Aidan

Il-Bulgarija rebħet il-Eurovision 2026 bil-kanzunetta ta’ Dara, Bangaranga. Hekk kif kienet qed tiċċelebra fil-green room, ilkoll stajna naraw lil Aidan jiċċelebra magħha.

Aktar tard tella’ post fuq Facebook biex jifraħ lil ħabiba tiegħu. “Prosit Dara! Bdejna l-vjaġġ tal-Eurovision flimkien – Dara, Alis u jien, u qed intemmuh flimkien. Inħobbok!” kiteb flimkien ma’ vidjo tagħhom jiċċelebraw.

Hija ħaġa sabiħa li tara ħbiberiji jiffjorixxu minn kompetizzjonijiet bħal dawn u li tara lil oħrajn jiċċelebraw flimkien mar-rebbieħ.







Ritratti:

Facebook / Aidan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI