Ixxerja
Abigail Law, li tiġi omm il-kantanta lokaliu Yulan Law, kitbet messaġġ mill-isbaħ għall-għażiża bintha f'jum għeluq sninha. Yulan tibqa' magħrufa għall-wirjiet stupendi li tat f'diversi kompetizzjonijiet lokali, fosthom Malta's Got Talent u The Voice Kids Malta.
Apparti minn hekk fl-2023 Yulan rebħet is-selezzjoni tal-Junior Malta Eurovision, u rrappreżentat lil pajjiżna fil-Junior Eurovision ġewwa Nice, Franza, bil-kanzunetta Stronger.
"Awguri f'għeluq is-16-il sena lit-tifla sabiħa, tal-ġenn, b'talent kbir u ħabrieka, Yulan. Int tgħaġġibna bil-mużika, bil-kant u bit-taħdit kontinwu tiegħek, u ma rridukx mod ieħor! It-tbissima tiegħek timlielna l-ġranet tagħna! Inħobbukom ħafna, Yuyu tagħna," tikteb Abigail.
Awguri minn qalbna Yulan!
Facebook/ Yulan Law
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
Spud, Okra, Beet U Sħabhom Jaslu Fl-MSPCA… Iżda Pea Jisraq L-Attenzjoni Kollha Peress Li Jiżen Biss 600 Gramma
Matthea Grech
Ilbieraħ
Jekk dan ma jġiblekx tbissima llum, ma nafux x’jista jġiblek! L-MSPCA qasmet ritratti ta’ grupp ta’ ġriewi ċkejknin li waslu fix-xelter u diġà qed jisirqu l-qlub ta’ ħafna.Minn Spud, Okra, Beet, Sprout, Zucchini, Radish, Chilli, Maize, Pea u Bean, dawn iċ-ċkejknin huma kollha taħlita ta’ Chihuahua u, minkejja d-daqs tagħhom, diġà qed jagħmlu differenza kbira.Fosthom […]