“Awguri F’Jum Għeluq Sninek Mamma Tagħna” – Hermann Bonaci B’Messaġġ T’Apprezzament

Fuq il-mezzi soċjali, l-attur u produttur lokali Hermann Bonaci awgura lill-għażiża ommu f’għeluq sninha permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba biex jesprimi kemm tfisser għalih.

Flimkien ma’ ritratt gustuż tagħha li ppubblikalha fuq il-paġna tiegħu, hu kitbilha, “Awguri f’jum għeluq sninek mamma tagħna. Inħobbuk ħafna. Grazzi tat-trobbija sinċiera u onesta li tajtna.”





Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata ferm speċjali.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’jum għeluq sninha u nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha. Nitolbu li Alla jibqa’ jżomm idejh fuqha u nixtiequlha iktar snin ta’ hena, paċi, u mħabba flimkien mal-familjari u ħbieb tagħha.

 

Facebook / Hermann Bonaci



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI