Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Desirei Grech awgurat lill-għażiża ommha f’jum għeluq sninha.
Hi kitbitilha, “Awguri f’għeluq sninek Ma. Mhux dejjem kienet faċli l-ħajja, imma dejjem għamilt dak kollu li stajt għalina. Fis-skiet tas-sagrfiċċji tiegħek bnejt il-familja tagħna u għallimtna dak li verament jgħodd; valuri sodi, rispetto u mħabba bla qies.”
Messaġġ onest u ġenwin li jesprimi l-imħabba li tinsab bejn din l-omm u bint. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw mill-qalb lill-għażiża ommha f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li kellha ġurnata mill-isbaħ mal-għeżież tagħha u li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha!
Facebook / Desirei Grech