Il-kantanta Denise qasmet messaġġ mill-isbaħ proprju fl-okkażjoni t’għeluq snin bintha li llum għalqet 10 snin.
Qalet, “Manistax nemmen li għaddew 10 snin! Bosta kienu jgħidulu li int ser tkun l-aqwa ħaġa li qatt ġratli, u għalkemm din ma kontx nifhem xi tfisser, verament kellhom raġun. Inħossni xxurtjata li nista’ nesperjenza bond bħal tagħna matul ħajti, u kburija immens bil-persuna li sirt int. Matul dan il-vjaġġ sibt ukoll l-aqwa ħabiba!”
Iedet, “Ibqa’ kurjuża u onesta, u dak li int kemm jista’ jkun! Dejjem ser niltaqa’ miegħek barra l-kaxxa, ‘il bogħod minn dak li jitqies normali, u saħansitra sa fejn jidher impossibbli.”