Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Ivan Grech qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn mill-isbaħ dedikati lill-imħabba ta’ ħajtu hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Hu qal, “Awguri f’għeluq sninha lill-aħjar parti tiegħi, l-bastun tiegħi, imħabbti, ħajti, dik li tfisser kollox għalija. Darba waħda tul it-triq iltqajna, morna sew flimkien u l-mogħdijiet tagħna ngħaqdu f’waħda. Kien vjaġġ mill-isbaħ u għadu għaddej.”
Żied jgħid, “L-imħabba vera hija li tkun taf kif ittaffi l-agħar aspetti ta’ xulxin billi toħroġ l-aqwa li hemm f’xulxin, u proprju hekk nagħmlu aħna. Għal ħafna aktar avventuri flimkien u ħafna aktar żminijiet sbieħ quddiemna. Inħobbok. Dejjem.”
Awguri minn qalbna!
Ivan Grech