Brandon Bogon, li magħruf fix-xena tal-boxing lokali, kiteb messaġġ mill-isbaħ għat-tfajla tiegħu, hekk kif illum qed jagħlqu erba’ snin flimkien. Brandon kien propona lill-futura mara tiegħu Bernice propju waqt Combat Sports ‘Gods of War lura fl-2023.
“Awguri fir-raba’ anniversarju, qalbi. Erba’ snin ilu, qatt ma kont nimmaġina kemm ser insir inħobbok, u kull ġurnata minn dakinhar kienet tfakkira mill-isbaħ għaliex sirt… Dħakna, kbirna, tgħallimna, u affaċċjajna l-ħajja id f’id.”
Jesprimi kemm jinsab ħerqan biex isejjaħ lil Bernice bħala martu. Jirringrazzja tal-imħabba, tal-appoġġ, tal-memorji, u ta’ kollox. “Inħobbok iżjed ma’ kull taħbita ta’ qalbi.”
Nifirħulhom u nawgurawlhom ħafna affarijiet sbieħ!