Permezz ta’ kitba fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Davina Sammut Hili awgurat lin-nannu tagħha l-isbaħ xewqat f’għeluq it-93 sena tiegħu!
Il-messaġġ tagħha wera kliem mimli mħabba u gratitudni biex tfakkar mhux biss dan il-jum importanti, iżda wkoll il-ħajja sabiħa li għex u dak kollu li ta lill-familja tiegħu tul is-snin."Illum qed tagħlaq 93 sena u llum niċċelebraw mhux biss għeluq sninek, imma wkoll il-ħajja sabiħa li għext u l-imħabba li dejjem tajt lill-familja tagħna," kitbet Davina.
Hija ddeskriviet lin-nannu tagħha bħala raġel b'saħħtu, għaref u qalbu tad-deheb, filwaqt li rringrazzjatu tal-pariri, tal-memorji sbieħ u tal-imħabba bla qies li dejjem wera lejn il-familja.
Davina temmet il-messaġġ tagħha billi talbet lil Alla sabiex ibierku b'saħħa, paċi u ferħ u jħallihom igawduh għal ħafna snin oħra, imdawwar minn dawk kollha li jħobbuh!
Fb/ Davina Sammut Hili