Illum ħarġu r-riżultati tal-Matsec tal-istudenti Maltin. Il-kunsillier Mark Lombardo kiteb messaġġ t’awgurju lill-istudenti kollha, filwaqt li offra kuraġġ lil dawk li ma rċevewx il-marki li xtaqu.
Hu kiteb, “Awguri lill-istudenti kollha li llum irċevew ir-riżultati tal-eżamijiet. Prosit tar-riżultati li ksibtu u tad-determinazzjoni tagħkom biex tavvanzaw fil-ħajja u fil-karriera tagħkom. Kelma ta' kuraġġ lil dawk kollha li ma ġabux ir-riżultati li xtaqu. Ibqgħu irsistu u stinkaw, u qatt taqtgħu qalbkom. Il-ħajja mimlija sfidi u ċertament li anke intom tistgħu taslu jew timirħu f'opportunitajiet jew oqsma oħra.”
Żied jgħid, “Fuq nota personali, nawgura lil ibni Andrew għar-riżultati eċċellenti, hekk kif minn Ottubru li ġej jibda l-istudji terzjarji fl-università ta' Malta. Kemm aħna kburin bik.”
Prosit lill-istudenti kollha, u taqtgħux qalbkom jekk ma rċevejtux ir-riżultati li tixtiequ, għaliex bid-determinazzjoni tistgħu taslu fejn trid qalbkom.
Facebook / Mark Lombardo