“Minn Issa, Bodycams Għall-Uffiċjali Tal-Infurzar Ta’ Transport Malta” – Transport Malta

Il-paġna uffiċjali ta’ Transport Malta ħabbret li se jibdew jintużaw il-Bodycams għall-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta.

Huma spjegaw, “Minn issa, Bodycams għall-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta. Pass ieħor lejn infurzar aktar modern, trasparenti u effettiv. Din it-teknoloġija se tgħin biex tissaħħaħ is-sigurtà ta’ kulħadd u tiżgura aktar responsabbiltà waqt l-operazzjonijiet tagħna.”

Il-bodycams huma kameras żgħar li jintlibsu mill-uffiċjali waqt li jkunu qed iwettqu dmirijiethom u jistgħu jirrekordjaw dak li jkun qed iseħħ. Din tagħti dokumentazzjoni ċara tal-avvenimenti u titnaqqas il-possibilita` ta’ nuqqas ta’ ftehim.

L-introduzzjoni ta’ din is-sistema għandha l-għan li tkompli ttejjeb il-mod kif jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ infurzar, kif ukoll tipprovdi aktar protezzjoni kemm għall-uffiċjali kif ukoll għall-pubbliku.

Ritratti:

Facebook / Transport Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI