Il-Kunsill Lokali tal-Qala awguraw lill-kunsillier tagħhom Rene Abela f’jum għeluq sninu u rringrazzjawh tad-differenza li l-ħidma tiegħu qed tħalli warajha f’dan il-villaġġ.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-kunsill lokali kitbulu, “Awguri lill-kunsillier tagħna, Rene Abela. Grazzi għad-dedikazzjoni u xogħol bieżel tiegħek lejn il-villaġġ sabiħ tal-Qala. Veru qed tagħmel differenza fil-komunita` tagħna. Nawgurawlek saħħa, ferħ, u iktar suċċess f’dak kollu li tagħmel. Nittamaw li tkompli tieħu ħsieb il-Qala bl-istess passjoni u dedikazzjoni għal diversi iktar snin fil-ġejjieni!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawllu f’din il-ġurnata tant speċjali u nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu. Nirringrazzjawh immens tal-ħidma tiegħu. Awguri!
Facebook / Kunsill Lokali Qala