Ilbieraħ, il-preżentatur Jake Mifsud ħabbar fuq il-paġna tiegħu li mhux se jkun jista’ jippreżenta fuq ir-radju bħas-soltu minħabba li qiegħed l-isptar. Illum kiteb aġġornament u rringrazzja lil kull min ħa ħsieb u bagħtlu l-messaġġi.
Hu kiteb, “Għeżież, l-ewwel nett grazzi minn qalbi lil kull min ċempilli jew bagħtli, lista enormi u skużawni jekk forsi għadni ma rrispondejtx lil kulħadd. L-operazzjoni saret ilbieraħ u issa għadni kemm ħriġt mill-isptar! Nistennew sakemm saħħti terġa tiġi li tkun. Grazzi lin-nurses, infermiera, u tobba tal-paċenzja kbira, kif ukoll lill-familja tiegħi, ħbieb u kollegi!”
Ninsabu ferħanin li kollox mexa sew u nżommuk fit-talb tagħna biex tibqa’ sejjer għall-aħjar. Nittamaw li ma ndumux ma nerġgħu narawk tippreżenta fuq ir-radju!
Facebook / Jake Mifsud