“Illum Qed Niċċelebraw Mhux Biss Anniversarju… Imma Storja Ta’ Mħabba Sabiħa” – Il-Preżentatriċi Pauline Marie Chetcuti

Il-preżentatriċi lokali Pauline Marie Chetcuti awgurat lill-ġenituri għeżież tagħha, Phyllis u Joseph Chetcuti, f’jum id-disgħa u tletin anniversarju tagħhom bħala miżżewġin. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha hi esprimiet kemm ifissru għaliha.

Hi kitbitilhom, “Illum qed niċċelebraw mhux biss anniversarju… imma storja ta’ mħabba sabiħa li kompliet tikber maż-żmien. Ma u Pa, intom l-eżempju tiegħi ta’ x’inhi mħabba vera paċenzja, rispett u appoġġ bla kundizzjoni. Awguri għall-anniversarju tagħkom j’Alla jkollkom ħafna aktar snin flimkien, mimlijin ferħ, saħħa u mħabba. 39-il sena mizzewgin.”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom f’din il-ġurnata speċjali u nawgurawlhom għal bosta iktar snin ta’ ferħ u mħabba flimkien. Xewqat sbieħ!





Ritratti:

Facebook / Pauline Marie Chetcuti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI