Forsi għadek titla’ t-taraġ, iżda mhux bil-kumdità ta’ qabel. Jekk qed jgħejjik jew tinkwieta li tista’ taqa’, stairlift jista’ jagħmel differenza kbira. Għal min jikkwalifika, hemm ukoll għajnuna mill-Awtorità tad-Djar biex titnaqqas l-ispiża. Skont il-każ, din l-għajnuna tista’ tkopri l-ispiża tal-istairlift kollha kemm hi.
X’inhu stairlift?
Huwa siġġu li jimxi fuq rail imwaħħal mat-taraġ innifsu, mhux mal-ħajt. Toqgħod bilqiegħda u tuża l-kontroll biex titla’ jew tinżel. Hemm mudelli għal taraġ dritt u oħrajn għal taraġ imdawwar. Jista’ jkun hemm soluzzjoni wkoll għal garigor, skont il-wisa’ u l-għamla tiegħu. Waqt żjara fuq il-post naraw x’jista’ jitwaħħal u kemm jibqa’ spazju biex jgħaddi min juża t-taraġ.
Meta ma jkunx qed jintuża, is-siġġu u s-serħan tas-saqajn jintwew mar-rail biex iħallu aktar spazju.

Min jikkwalifika?
Din l-iskema tista’ tgħin lill-anzjani u lil persuni li jsibuha diffiċli biex jiċċaqalqu b’mod sigur fid-dar. Kull applikazzjoni titqies skont il-bżonnijiet tal-persuna u l-kundizzjonijiet tal-iskema.
Kif tapplika?
F’Lift Services ngħinuk timla l-applikazzjoni sew u tiġbor id-dokumenti meħtieġa. M’għandekx għalfejn tagħmel dan kollu waħdek. Il-formola tista’ tniżżilha online jew tiġborha mill-uffiċċji tal-Awtorità tad-Djar fil-Furjana u fir-Rabat, Għawdex. Hemm ħlas ta’ €20 għall-ipproċessar. Fost id-dokumenti mitluba hemm ċertifikat mediku, id-dokumenti tad-dar u l-karta tal-identità.
Applika u stenna l-approvazzjoni qabel ma tordna. Wara l-approvazzjoni, żżomm l-irċevuti biex titlob il-ħlas lura.
Min aħna?

Wieħed mill-inġiniera tagħna waqt żjara ta’ manutenzjoni. F’Lift Services ilna snin inwaħħlu lifts fi djar Maltin. Nipprovdu u nwaħħlu l-istairlifts ta’ Stannah. Wara l-installazzjoni, nibqgħu nieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-istairlift tiegħek.
Jekk qed taħseb fi stairlift għalik jew għal wieħed mill-ġenituri tiegħek, tista’ tibda b’żjara bla ħlas. Niġu naraw it-taraġ u nispjegawlek x’jista’ jsir. Idħol fuq: liftservices.com.mt.