“Int L-Aqwa Ħabiba Tiegħi, Il-Persuna Favorita Tiegħi, U L-Unika Waħda Li Tista’ Ddejjaqni U Xorta Tgħaddiha Lixxa!” – Christian Arding F’Għeluq Snin Martu

Il-kantant u attur lokali Christian Arding qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil martu Graziella fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Permezz tal-mezzi soċjali, Christian għażel li jiċċelebra din il-ġurnata speċjali bi ftit kliem li juri r-relazzjoni sabiħa ta’ bejniethom, iżda ma naqasx milli jżid ukoll daqqa ta’ umoriżmu.

“Awguri f’għeluq sninek lill-mara sabiħa tiegħi. Int l-aqwa ħabiba tiegħi, il-persuna favorita tiegħi, u l-unika waħda li tista’ ddejjaqni u xorta tgħaddiha lixxa!”, kiteb Christian.

Messaġġ sempliċi, ħelu u spontanju li żgur ġab tbissima fuq fomm Graziella f’dan il-jum speċjali, filwaqt li ta wkoll ħarsa lejn il-ħbiberija u l-kompliċità li hemm bejn il-koppja. Minn Gwida.mt ningħaqdu ma’ Christian u ma’ dawk kollha li bagħtu l-awguri tagħhom lil Graziella, u nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!

Ritratti:

Facebook / Christian Arding

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI