Il-Papa Ljun XIV Illum Qed Jiċċelebra Għeluq Sninu – Hu Għalaq 71 Sena!

Il-Papa Ljun XIV illum qed jiċċelebra għeluq il-71 sena tiegħu, hekk kif twieled fl-14 ta’ Settembru 1955 f’Chicago, fl-Istati Uniti. Robert Francis Prevost, kif kien magħruf qabel sar Papa, għamel l-istorja meta ntgħażel bħala s-suċċessur ta’ San Pietru u ħa l-isem ta’ Ljun XIV. Huwa l-ewwel Papa mwieled fl-Istati Uniti, filwaqt li għandu wkoll rabta qawwija mal-Perù, fejn qatta’ parti importanti mill-ħajja saċerdotali u pastorali tiegħu.

Tul il-missjoni tiegħu fil-Knisja Kattolika, serva f’diversi rwoli, fosthom bħala missjunarju u Isqof ta’ Chiclayo fil-Perù. Aktar tard ġie msejjaħ Ruma, fejn serva bħala Prefett tad-Dikasteru għall-Isqfijiet u President tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerika Latina. Illum, f’għeluq il-71 sena tiegħu, eluf ta’ Kattoliċi minn madwar id-dinja qed iwasslu l-awguri tagħhom lill-Papa Ljun XIV f’dan il-jum speċjali.

Minn Gwida.mt ningħaqdu magħhom u nawguraw lill-Papa Ljun XIV l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!

Ritratti:

Facebook / Pope Leo XIV

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI