“Awguri Mama” – Messaġġ Mill-Isbaħ Ta’ Mħabba Minn Michela Galea Lil Ommha F’Għeluq Sninha

F’jum għeluq snin ommha, il-kantanta lokali Michela Galea għażlet li taqsam messaġġ mill-qalb, fejn esprimiet kemm hija grata għal dak kollu li ommha tagħmel magħha u mal-familja tagħha.

Fil-messaġġ tagħha, Michela rringrazzjatha talli dejjem tieħu ħsiebha u tiżgura li qatt ma jonqosha xejn. Hija fakkritha wkoll li l-preżenza u l-għożża tagħha huma imprezzabbli f’kull ħin u f’kull mument. L-aktar kliem li jolqot huwa proprju dak li bih għalqet il-messaġġ tagħha: “Mingħajrek m’jien xejn! Inħobbok b’imħabba tal-ġenn.

Dan hu kliem sempliċi, iżda li jġorr fih ħafna emozzjoni u gratitudni għax kultant ma jkunx hemm għalfejn rigali kbar jew diskorsi twal biex turi lil ommok kemm tfisser għalik.

It-Tim ta' Gwida.mt jawgura l-isbaħ xewqat lil ommha, filwaqt li jkollha sena mimlija saħħa, ferħ u mħabba!

Ritratt:

Facebook/Michela Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI