Aħbar sabiħa għall-kantanta lokali Martina Fenech, li ħabbret li saret omm għat-tieni darba hekk kif laqgħet fid-dinja lil Giuseppe.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Martina qasmet l-emozzjoni tagħha dwar dan il-kapitlu ġdid fil-ħajja tal-familja tagħha, fejn stqarret li issa l-familja tagħhom hija kompluta.
Il-kantanta esprimiet ukoll kemm hija esperjenza speċjali li tara lill-ewwel wild tagħha jsir ħu l-kbir, filwaqt li jilqgħu magħhom tarbija oħra f’ħajjithom.
“Li tara lill-ewwel wild tiegħek isir il-kbir, waqt li tilqa’ tarbija oħra għażiża f’ħajtek, hija esperjenza tassew speċjali. Qalbna hija mimlija sal-punt li ma tistax tkun aktar mimlija,” kitbet Martina, hekk kif laqgħet bi mħabba liċ-ċkejken Giuseppe fid-dinja.
Hija rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li bagħtulha xewqat sbieħ u awguri f’dan il-mument tant speċjali.
Nawguraw lil Martina u lill-familja tagħha ħafna saħħa, ferħ u mumenti sbieħ flimkien. Merħba fid-dinja, Giuseppe!