Hekk kif jagħmlu ta’ sikwit, Kappa Vision qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni interessanti, din id-darba rigward il-knisja parrokjali tal-Kalkara.
Qalu, “Il-koppla tal-knisja parrokkjali tal-Kalkara tlestiet biss fl-1962, għaxar snin wara li l-knisja nfetħet għall-pubbliku. Din il-knisja hija kapulavur ta’ skultura fil-ġebla Maltija. Ġiet iddisinjata minn Vincenzo Bonello, bl-għajnuna tal-inġinier Ġużè D’Amato. Ir-residenti kollha tal-Kalkara taw sehemhom fil-bini tagħha, inkluż n-nisa u t-tfal.”
Żiedu, “Matul is-snin, saru diversi xogħlijiet artistiċi li żejnu din il-knisja, li ġiet deskritta bħala “waħda mill-isbaħ knejjes li nbnew wara t-Tieni Gwerra Dinjija”. Il-knisja oriġinali nqerdet għal kollox fl-10 ta’ April 1942 waqt attakk mill-ajru fil-gwerra. Inqerdu żewġ statwi ta’ San Ġużepp u diversi xogħlijiet artistiċi oħra. Fortunatament, il-kwadru titulari ta’ San Ġużepp, xogħol Giuseppe Calì li jmur lura għall-1898, irnexxielhom isalvawh.”
Visit Malta