Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, AX Group qasmu l-awgurju tagħhom mal-fundatur Angelo Xuereb li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.
Huma qalu, “Awguri mill qalb lill-fundatur tagħna, Angelo Xuereb, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Nirringrazzjawh tal-eżempju li dejjem jagħti u tal-wirt ta’ suċċess li qed ikompli jibni sena wara sena. Nawgurawlu kull ġid, saħħa u suċċess għall-futur. L-isbaħ xewqat mingħand il-familja kollha ta’ AX Group, AX Hotels, AX Care, AX Careers u AX Construction.”