“Awguri U Xewqat Sbieħ Lil Oħti Ż-Żgħira … Inħossni Xxurtjata Li Xogħlna Jtina L-Opportunità Li Naqsmu Dawn L-Esperjenzi Flimkien” – Ira Losco

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Ira Losco qasmet messaġġ t’awgurju fl-okkażjoni t’għeluq snin oħtha Jacqui li huwa proprju llum. Ix-xahar id-dieħel ser inkunu qed insegwu lil Ira u lil Jacqui jippreżentaw Mużika Mużika.

Hi qalet, “Awguri u xewqat sbieħ lil-oħti ż-żgħira @jacquilosco! Surreali kif meta kelli 13-il sena kont xi kultant nibdillek il-ħarqa jew intik xi banju u issa se nippreżenta spettaklu miegħek!”

Żiedet, “Inħossni xxurtjata li xogħlna jtina l-opportunita li naqsmu dawn l-esperjenzi flimkien. Lisa, l-mamà, l-papà u jien kburin ħafna bik! U inħobbuk ħafna!”

Awguri minn qalbna!







Ritratti:

Facebook/Mużika Mużika

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI