Is-sħana ġġib magħha ħafna u ħafna qridt, minn dak u min l-ieħor. Il-kantawtur Walter Micallef, kien proprju dawwar dan it-tgergir f’kanzunetta. Il-kanzunetta kienet spiċċat fit-tieni post tal-festival l-Għanja tal-Poplu tal-1997, 22 sena ilu. Imma ngħiduha kif inhi... il-kliem tagħha tista’ tgħid li għadu kollu relavanti. Jekk ma ndunajtux, qed nitkellmu fuq il-kanzunetta Awwissu.
View this post on Instagram
Forsi l-biċċa tal-aircondition le, għax ħafna huma dawk li għandhom wieħed id-dar illum il-ġurnata imma l-bqija tal-kanzunetta tiddeskrivi t-temp u s-sitwazzjonijiet kollha li wieħed jesperjenza fix-xahar ta’ Awwissu. Fuq filmat li tella’ fuq il-midja soċjali, il-kanzunetta Awwissu ingħatat libsa ġdid mill-kantanta żagħżugħa Monica Said.
Monica mhux wiċċ kompletament ġdid għax-xena lokali, kienet parteċipanta fl-Għanja tal-Poplu sentejn fuq xulxin fl-2017 u l-2018 bil-kanzunetti Ritratt u Anamika fejn kisbet il-premju tal-aħjar interpretazzjoni. Kif tistgħu taraw fil-filmat t’hawn fuq l-interpretazzjonijiet ta’ din it-tfajla huma b’saħħithom ferm. Hi kienet akkumpanjata fuq il-pjanu minn Conrad Briffa.
View this post on Instagram
Tgħid il-kliem ta’ din il-kanzunetta ħa ngħixuh fil-ġranet li ġejjin? Min jaf... jekk il-Ħarifa ħa tibda kmieni forsi nkunu kemxejn ixxurtjati u neħilsu ftit mit-tidlik li jġib miegħu dan ix-xahar hux. Nistennew u naraw, sadanitant kull min iħobb dan l-istaġun igawdi kemm jiflaħ il-jiem sħan tas-Sajf! Bi ftit baħar iżommu ruħkom friski!
Instagram / Corooolek