"Bħal-lum 92 Sena Twieled L-eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici… Se Nkunu Qed Ninawguraw Il-Monument Tiegħu…" – Il-PM Dr Robert Abela

Fuq il-paġna uffiċjali tal-Prim Ministru Dr Robert Abela ħabbar li ser ikun qed jiġi inawgurat monument f’ġieħ l-eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici. 

“Bħal-lum 92 sena twieled l-eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici. F’Novembru li ġej, fit-tielet anniversarju ta’ mewtu, bħala Gvern se nkunu qed ninawguraw il-monument tiegħu fi Pjazza Kastilja.”

Il-messaġġ ta’ Dr Abela jkompli, “Dan kif xieraq għall-eks Prim Ministru ta’ pajjiżna li kien vuċi b’saħħitha għall-ħaddiema u difensur sod għad-drittijiet tagħhom.”

Dr. Abela jisħaq li l-memorja tiegħu ser tibqa’ għal dejjem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI