"Bħal-Lum Sena Beda Vjaġġ Li Dam Sejjer Tliet Xhur… Illum Il-Ġurnata Għadni Qed Nirkupra Bil-Mod." – L-Attur Ray Sammut

Għaddiet sena minn meta l-attur Ray Sammut, sarlu intervent. Hu jinsab grat lejn dawk in-nies kollha li sabhom hemm għalih matul tliet xhur ta’ kura u rkupru.

“Bhal-lum sena beda vjaġġ li dam sejjer tliet xhur. Dħalt l-isptar għal intervent. Illum il-ġurnata għadni qed nirkupra bil-mod. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja ħafna lil ħija Charlie Sammut u l-mara tiegħu Tania Sammut, lil oħti Natalie Sammut, liz-zijiet Rita Vassallo, Frances Atkinson u r-raġel tagħha Paul, lil ommi l-għażiża, lin-neputijiet, lill-familja tiegħi kollha għax għamlu ħafna miegħi.”





Ray jirringrazzja lit-tim mediku kollu li kien miegħu tul dawn il-mumenti. Jesprimi l-apprezzament tiegħu anke lejn il-ħbieb u kollegi kollha li sabhom hemm ta’ appoġġ ħin kollu.

Ħu ħsieb, Ray!



Facebook/ Ray Sammut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI