“Bħal-Lum Sentejn, Dinjietna Nbidlet F’Ħolma Kerha” – Darrin Zammit Lupi B’Memorja Ta’ Bintu Rebecca

“Bħal-lum sentejn, dinjietna nbidlet f’ħolma kerha meta ħadna lil Becs għall-X Ray ta’ spallitha li kienet qed tuġagħha sew.” – Hekk kiteb f’post fuq Facebook, Darrin Zammit Lupi, missier Rebecca, li f’Jannar li għadda tilfet il-battalja tagħha kontra l-marda tal-kanċer.

Hu kompla jikteb “Wiċċ il-kirurgu deher jibjad x’ħin ra r-riżultati u din kienet l-ewwel indikazzjoni li kien hemm xi ħaġa gravi.”  

Madanakollu, Rebecca tant keient tfajla ottimista li xorta waħda xtaqet tgawdi l-aħħar ftit tal-ħajja normali u fi tmiem dik il-ġimgħa stess żaret l-attività ta’ Comic-Con. 

Missierha qasam il-ħsieb li l-iktar ħaġa li żżommu għaddej sal-ġurnata tal-lum hija li jżomm il-memorja tagħha ħajja.  Fil-fatt bħalissa qed jinġabru fondi sabiex fl-Etjopja tinbena skola bil-memorja ta’ ħajjitha, u hu ħa l-opportunità li jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor kien ta’ għajnuna bid-donazzjoni tiegħu. 

Inti wkoll tista’ tkun ta’ għajnuna billi tagħfas fuq din il-link: https://gogetfunding.com/help-us-build-the-becs-zammit-lupi-secondary-school/?fbclid=IwAR3ehdeHsl5T82uskLWaCXuh-ftkXZxSmiKlLaq2PPZ5YCHPVRMNpIb6ZRU







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI