“Illum Għalaqt 10 Snin, U Qalbi Mimlija Ferħ U Kburija Bik… Inti Li Għamiltna T-Trio Tagħna Komplut” – My Trio

My trio

Raisa Brincat Newell kitbet messaġġ għall-għażiża bintha li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Fil-messaġġ tesprimi l-ferħ u l-għaqda li ġabet fil-familja.

“Għażiża binti, Illum għalaqt 10 snin, u qalbi mimlija ferħ u kburija bik. Int it-tifla li għalaqt iċ-ċirku ta’ ħajti, inti li għamiltna t-trio tagħna komplut. Int tifla speċjali ħafna, waħda li bħalek ma teżistix oħra.”

Raisa tkompli, “Sa minn età żgħira dejjem kellek qalb kbira, dejjem taħseb fija – ommok – u sa llum tibqa’ turi kemm int mimlija mħabba u kura.”

Tikteb li meta nkun tgħaddi minn fażi fejn tkun xi ftit imdejqa, bintha ġġibilha tant ferħ. Tfisser ħafna għaliha.

“Ibqa’ dejjem tkun dak li inti, u qatt tħalli lil ħadd ibiddlek. Int sabiħa minn barra, imma aktar minn hekk minn ġewwa – u f’dak nara ruħ sabiħa u ħelwa.”

Nawgurawlha!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI