"Bħal-Lum Sitt Xhur Ħallejtna Imma Tibqa' Dejjem F'Qalbna" – Caritas Malta Jsellmu Lil Monsinjur Victor Grech

Caritas Malta fakkret il-memorja ta’ Monsinjur Victor Grech, sitt xhur wara l-mewt tiegħu, b’messaġġ sempliċi iżda emozzjonanti li ġab miegħu tifkiriet sbieħ u rispett lejn il-fundatur u l-eks Direttur Spiritwali tagħha.

Fuq il-midja soċjali, Caritas Malta kitbet, “Bħal-lum sitt xhur ħallejtna, imma tibqa’ dejjem f’qalbna. Grazzi Monsinjur Victor, għal dak kollu li tajt lil Caritas u lil Malta.” Mons. Victor Grech kien figura ċentrali mhux biss fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta, iżda wkoll fil-qasam soċjali, fejn b’viżjoni u dedikazzjoni kbira, mexxa ’l quddiem l-għanijiet ta’ Caritas – l-għajnuna lil min hu fil-bżonn, ir-rispons u l-ġlieda għal dawk li għandhom dipendenza fuq id-droga, u l-promozzjoni tad-dinjità umana.

Il-wirt tiegħu jibqa’ ħaj f’diversi proġetti li beda, fl-impatt li kellu fuq il-ħajja ta’ mijiet ta’ nies, u fil-qalb ta’ dawk kollha li kellhom ix-xorti li jaħdmu miegħu jew jiltaqgħu miegħu.

Sitt xhur minn mewtu, Caritas Malta tfakkru b’gratitudni kbira u b’impenn ċar li tkompli timxi fuq il-passi tiegħu.





Facebook / Miriam Abela



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI