Wara stennija twila, eżattament bħal-lum xahar mistenni jibda jixxandar it-tielet staġun ta' Love Island Malta li sena wara l-oħra dejjem iqanqal interess kbir fost l-udjenza Maltija hekk kif numru ta' parteċipanti jidħlu f'villa bil-għan li jsibu l-imħabba.
Ftit jiem ilu tħabbar kif Giselle se tkun il-preżentatriċi ta' din l-edizzjoni wara li ż-żewġ staġuni preċidenti kienu ġew ippreżentati mill-bravissima Yazmine Helledie.
Il-koppja li toħroġ rebbieħa minn dan l-istaġun mistennija tirbaħ €20,000. S'issa rajna żewġ koppji joħorġu rebbieħa, bl-ewwel staġun kien intrebaħ mill-koppja Chelsea u Allen filwaqt li l-koppja Clinton u Tamika kienu rebħu t-tieni edizzjoni.
It-tielet staġun ta' Love Island mistenni jibda jixxandar kuljum mit-18 ta' Mejju fid-20:45.
Intom sa ssegwu?
Ritratti: Facebook / Love Island Malta