Il-kantanta lokali Ylenia Vella ħabbret il-wasla ta’ t-tieni wild tagħha ma' żewġha Daniel. Huma laqgħu fi ħdanhom it-tifel ċkejken Noah. Hija stess qasmet mal-ħbieb u l-familjari tagħha din l-aħbar sabiħa permezz ta’ messaġġ sempliċi iżda sinifikanti, "B'ferħ kbir u b’ringrazzjament lil Alla, nilqgħu t-tieni wild tagħna – it-tifel tagħna Noah."
Ylenia, li ħafna jiftakruha mill-parteċipazzjoni tagħha fil-Malta Eurovision u wkoll mill-covers mużikali uniċi li taqsam regolarment fuq il-midja soċjali, ilha magħrufa bħala artisti li tgħaqqad il-passjoni tagħha għall-mużika ma’ stil kemxejn differenti. Il-karriera tagħha bdiet minn meta kienet għadha ċkejkna.
L-aħbar tal-miġja ta’ Baby Noah ġabet magħha ħafna messaġġi ta’ awguri u ferħ minn dawk li jsegwuha, inkluż kollegi mill-industrija mużikali, ħbieb, familjari u segwaċi li ilhom isegwuha sa mill-bidu tal-karriera tagħha.
Nawguraw lil Ylenia u lil Daniel, lill-familja tagħha u lit-tarbija Noah ħafna saħħa u ferħ f’dan il-kapitlu ġdid mimli mħabba.
Facebook / Ylenia Vella