B'Ritratt Makabru: Annimal Jinstab Mormi F'Riżerva Fejn Jinġabar L-Ilma!

Fil-grupp fuq Facebook Malta Water Interest Group ġie xxerjat ritratt xokkanti, ritratt ta' annimal mejjet li flok ittieħed l-inċinerija ġie mwaddab u mormi hemm.

Il-persuna li qasam dan ir-ritratt qal, "dan huwa brutali... bla qalb lejn din il-kreatura... biex ma nsemmux il-mibegħda lejn min ikollu jneħħi dan."

Ritratt: Brian Restall - Facebook / Malta Water Interest Group



Il-każ ġie rrappurtat lil tad-Dipartiment tal-Indafa li jieħdu ħsieb każijiet bħal dawn u għandu jitneħħa. Hu tal-mistħija li persuna jħalli diżastru bħal dan warajh.

Ejja nkunu responsabbli u nimxu mar-regoli.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI