“B’Sogħba Kbira, Il-Kunsill Lokali Ta’ Birżebbuġa Jħabbar Il-Mewt Ta’ Dr Pierre Chircop, Eks Viċi Sindku Tal-Lokalità”

Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa jikteb, “Aħbar ta’ mewt. B’sogħba kbira, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa jħabbar il-mewt ta’ Dr Pierre Chircop, eks Viċi Sindku tal-lokalità, li ħalla din id-dinja matul dawn l-aħħar sigħat.”





Huma jżidu, “Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsilliera, is-Segretarju Eżekuttiv u l-impjegati kollha tal-Kunsill Lokali jibagħtu l-ikbar sens ta’ solidarjetà u l-kondoljanzi sinċieri tagħhom lill-familja Chircop f’dan il-mument ta’ niket. Agħtiħ, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, ningħaqdu magħhom biex noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familja, qraba u ħbieb ta’ Dr. Pierre Chircop. Nirringrazzjawh ta’ kemm kien hemm għall-pazjenti tiegħu tul is-snin. Strieħ fis-sliem.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI