Rafael jistqarr li fi tfulitu bata ħafna għaliex minħabba l-kundizzjoni tiegħu, kien jiġi bbuljat minn tfal oħrajn b'mod ripetut. Bi tbissima fuq fommu, jirikonoxxi li llum il-ġurnata hu ferħan għaliex sab l-imħabba u l-attenzjoni li tant kien nieqes minnhom fi tfulitu meta sar resident ta' Dar Nażareth.
"Kieku ma kienx għal Dar Nażareth, bħalissa m'għandhix saqaf fuq rasi u qed norqod barra fil-ksieħ, bħal ma jiġri f'pajjiżi oħra," sostna Rafael viżibilment emozzjonat.
Hu jispjega kif f'Dar Nażareth sab ħajja ġdida għaliex jingħata wkoll l-opportunità sabiex kontinwament jikkontribwixxi u jgħin fil-faċendi ta' kuljum. Barra minn hekk, Rafael jirikonoxxi li f'Dar Nażareth sab familja li tħobbu.
Nhar il-5 ta' Settembru se tkun qiegħda ssir maratona ġbir ta' fondi b'risq il-Fondazzjoni Nażareth sabiex persuni oħrajn bħal Rafael ikunu jistgħu jingħataw l-għajnuna li tant jeħtieġu.
Tista' tagħmel id-donazzjoni tiegħek permezz ta' telefonata fuq 51902086 (€50.00) jew 51802092 (€25.00). Tista' wkoll tibgħat ċekk indirizzat lill FONDAZZJONI NAZARETH. Tista' tibgħat ukoll donazzjoni permezz tal-BOV APP fuq 9975 5331 jew permezz ta myAPS fuq 79887757
Facebook / Fondazzjoni Nazareth