Ryanair Tħabbar Li Se Tnaqqas It-Titjiriet Fix-Xitwa Minħabba L-Prezz Tal-Fjuwil

Matul dawn l-aħħar xhur, diversi kriżijiet madwar id-dinja wasslu sabiex il-prezz tal-fjuwil żdied b'mod sostanzjali. F'dan l-isfond, il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret li għax-xhur tax-xitwa se tkun qiegħda tnaqqas l-ammont ta' titjiriet.

Dan għaliex il-linja tal-ajru qed tantiċipa li ċerti titjiriet mhumiex se jibqgħu profitabbli għaliha minħabba l-ispejjeż ogħla tal-fjuwil.

Jekk il-prezz tal-fjuwil ikompli jiżdied, il-linja tal-ajru jaf ikollha wkoll tgħolli l-prezz ta' wħud mit-titjiriet tagħha.

Sors: Business Travel News Europe

Ritratti:

Facebook / Edinburgh Evening News

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI