Pavaljuni Ddisinjati Minn Dilettanti Maltin Tal-Festa Jsibu Rwieħhom Fi Spanja

It-talent Malti jingħata prominenza fi Spanja wkoll. Dan hekk kif pavaljuni ddisinjati minn dilettanti Maltin tal-festa sabu rwieħhom fit-toroq ta' belt Spanjola magħrufa bħala Jaén.

Dan seħħ fl-isfond ta' ħbiberija li nibtet matul dawn l-aħħar snin bejn żewġ għaqdiet tal-festi li għalkemm jinsabu 'l bogħod ferm minn xulxin, hekk kif waħda tinsab fi Spanja u l-oħra f'Malta; madankollu, huma maqgħuda bl-imħabba tagħhom lejn Santa Katarina, li t-tnejn iqisu bħala l-patruna ta' belthom.

Fi stqarrija li ħarġet fuq il-midja soċjali l-'Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina' esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li x-xogħol tad-disinjatur Silvio Pace wasal ukoll fit-toroq Spanjoli.

Ritratti:

Facebook / Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M. AD 1933

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI