"Battalja Kontinwa Bejn Ħajja U Mewt" – Bjorn Formosa Xtaq Jgħaddi Messaġġ Importanti

Bjorn Formosa kiteb fuq il-profil tiegħu rigward mistoqsija li kellu waqt programm rigward saħħtu. “Ilbieraħ ġejt mistoqsi waqt programm fuq ir-radju jekk hux vera qed immut jew jekk hux qed nesaġera!”

Huwa wieġeb hekk: L-ALS hi marda terribbli u pazjenti bl-ALS normalment jgħixu bejn 2-3 snin. Jiena mirakolużament diġà għext 5 snin! Sakemm itini l-għomor nibqa’ ngħix bl-aqwa mod kull ġurnata li tingħtinatali, f’battalja kontinwa bejn hajja u mewt, b’ghan wiehed li ntejjeb Il-hajja ta dawk kollha li ghaddejin mill-istess tbatija tieghi.”

Bjorn Formosa jibqa’ bniedem li jgħallimna u jispirana ħafna. Minkejja t-tbatija li dejjem għadda minna, f’moħħu żamm li jrid ikun hemm għal ħaddieħor. Min-naħa tagħna mportanti li nkompli nagħtu l-kontribut tagħna mill-ftit li nistgħu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI