Il-preżentatur lokali Wayne Aquilina llum qed jiċċelebra jum għeluq sninu. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, hu kiteb dwar xi ħsibijiet li għandu dwar din il-ġurnata.
Kiteb, “Bdejt kapitlu 42. Grazzi mill-qalb lil dawk il-ħafna li awgurawli. Hekk kif nibda dal-kapitlu, nieqaf u nistaqsi lili nnifsi: għalfejn qed ngħix hekk? Ħajja mimlija ġiri, xogħol, responsabbiltajiet, problemi, pressjoni, ħin għall-ħaddieħor u stress. Aktar ma’ nikber aktar nirealizza li l-ħajja saret ġirja sfrenata għax bħal donnu dejjem irridu nagħmlu aktar, dejjem hemm xi ħaġa li qisu bilfors trid issir issa. Onestament, tgħejja. Tgħejja b’ġirja bla waqfien. Tgħejja mill-pressjoni, tgħejja mill-fatt li kultant lanqas għandna ħin nieqfu ftit, nieħdu nifs u ngawdu l-ħajja.”
Żied jgħid, “Qed nirealizza, li x’jiswa jekk inkunu tant impenjati f’ħajjitna, li ninsew kif ngħixu? Illum ta’ 42, niltaqa’ ma’ bosta nies, li kulħadd l-istess kelma. Ġenn ta’ ħajja. Insejna s-sempliċi, l-affarijiet bażiċi, il-ħin normali. Hekk kif għalaqt it-42, forsi wasal iż-żmien li nżomm il-brejkijiet u nibda nagħti ftit aktar importanza lill-paċi tiegħi, lill-ħin mal-għeżież tiegħi u lili nnifsi. Mhux kollox irid ikun perfett. Mhux kollox irid isir illum. Mhux kull messaġġ li nirċievi rrid inwieġbu mal-ewwel. Mhux kull telefonata rrid inwieġeb bilfors. Mhux kull email irrid nagħtiha l-importanza immedjatament. Issa ta’ 42 hemm bżonn nieħu aktar pawsiet u nifsijiet u ngħid; le! biżżejjed għal-lum. Ta’ 42 nittama li nirealizza li jien uman, mhux robot!”
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat!
Facebook / Wayne Aquilina