Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Jeanesse Abela fetħet qalbha dwar l-istorja tagħha biex tqajjem kuxjenza dwar is-cerebral palsy.
Hi spjegat, “Illum, fil-jum iddedikat għas-cerebral Palsy, nixtieq naqsam xi ħaġa magħkom minn qalbi. Li tgħix b’cerebral palsy mhux dejjem faċli u xi kultant in-nies jaraw is-siġġu tar-roti mingħajr ma jaraw l-isfidi wara dik il-persuna. Hemm ħafna sfidi li n-nies ma jarawx.”
Żiedet tgħid, “Għandi persuni f’ħajti li jfissru d-dinja għalija, u jfakkruni li jien ħafna iżjed mill-isfidi li naffaċċja. Ma jien insaqsi lil ħadd biex jitħassarni. Qed insaqsi għar-rispett, paċenzja, u inklużjoni.”
Temmet kliemha billi sostniet li l-istorja tagħha għadha tinkiteb, għadha tiġġieled, u mhix se taqta’ qalbha.
Facebook / Jeanesse Abela