Il-kantant lokali Kevin Borg sellem il-memorja ta’ Keith, li ħalla din id-dinja għall-ħajja ta’ dejjem.
Fuq il-paġna tiegħu kitiblu, “Għażiż Keith, għalkemm ma kontx nafek ħafna, naf kemm kont bniedem maħbub minn mijiet ta nies u nassigurak li għada ser ikun ta unur u ser nagħmel dak kollu possibbli sabiex inkantalek fl-aħħar tislima minn din id-dinja għall-ħajja ta dejjem. Ser tkun diffiċli pero ser inkantalek minn qalbi ħabib. Strieħ fis-sliem għażiż Keith.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti mingħand persuni qrib tal-familja, joffru l-kondoljanzi tagħhom u jfakkru kemm kien ragel ta’ qalb tajba Keith.
Inżommu fit-talb tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Kevin Borg