Il-protezzjoni ċivili ta’ Malta kitbu fuq il-paġna tagħhom dwar nar strutturali fiż-Żurrieq.
Spjegaw, “Nar strutturali ż-Żurrieq. Ilbieraħ, ftit wara t-tlieta ta’ filgħodu, pumpiera tan-nar mill-ewwel u r-raba’ stazzjoni irrispondew għal nar f’dar residenzjali fiż-Żurrieq. Il-pumpiera sabu n-nar fil-kamra tal-ħasil u għamlu l-operazzjonijiet tan-nar biex jitfuh. Saru proċeduri ta’ ventilazzjoni biex id-duħħan joħroġ mill-propjeta`.”
Żiedu jgħidu, “Is-sid tar-residenza rċieva assistenza mill-isptar Mater Dei u t-tim mediku ttieħed l-isptar għal iżjed trattamenti wara li daħal id-duħħan fi mnifsejh.”
Nirringrazzjaw lill-pumpiera tan-nar u t-tim mediku talli ħadmu b’effiċjenza u rnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Nittamaw li s-sid tad-dar ma jdumx ma jirkupra biex kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid.
Facebook / Civil Protection Malta