Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, ix-xandar storiku Malti Charles Xuereb, ħabbar it-telfa tal-għażiża martu Tracy.
Hu kiteb, “B’dieqa u sogħba nħabbar mewt il-mara, omm uliedi, TRACY li ħallietna llum f’Mater Dei wara vjaġġ qasir u ta’ kuraġġ kbir kontra kanċer aggressiv. Tibqa’ għażiża f’qalbi, kif ukoll f’qalb uliedha Karen u żewġha Peter, Karsten u bintu Nat u ħafna qraba u ħbieb. Ħajr lill-istaff mediku li ħadu hsieha b’għożża u dedika mmexxija fil-gynae ward mill-kirurgu bravu Mark Brincat, u lil ħafna qrib tagħna li akkumpanjawna b’xi mod f’dal-vjaġġ. Il-funeral is-Sibt fil-Knisja tal-Karmnu, Balluta fid-09:30 am. RIP.”
F’isem Gwida.mt, minn qalbu nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Charles, u l-familja kollha, f’dan iż-żmien diffiċli. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Charles Xuereb