Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, Calypso Radio 101.8 sellmu l-memorja ta’ Marzio Mazzanti, artist brillanti Taljan li llum għadu kif ħalla din id-dinja għall-ħajja ta’ dejjem.
Huma kitbulu, “Insellmu talent mużikali. L-artist Taljan Marzio Mazzanti ħalla din id-dinja fl-eta` ta’ tmenin sena. Kien membru tal-grupp leġġendarju Taljan Homo Sapiens. Hu ħalla marka permanenti fuq il-mużika Taljana bil-vuċi u talent artistiku tiegħu. Strieħ fil-paċi, u grazzi tal-mużika.”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti mingħand persuni li l-mużika ta’ Marzio messet il-qlub tagħhom. Il-funeral tiegħu se jsir għada fis-sbatax ta’ Frar, fit-tlieta ta’ waranofsinhar, fil-Knisja Regina Pacis f’Fornacette.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu.
Facebook / Calypso Radio 101.8