‘Bella’ Hi s-Seba’ L-Aktar Imfittxija Fuq Shazam Mill-35 Kanzunetta Tal-Eurovision 2026

AIDAN

Skont lista ppubblikata minn Shazam, app li tippermetti lin-nies jużawha meta tkun qed tindaqq kanzunetta li ma jafux liema hi, żvelat li Bella ta’ AIDAN kienet is-seba’ l-aktar kanzunetta imfittxija mill-35 li kkompetew fil-Eurovision 2026.

“Dawn kienu l-kanzunetti li dawk li jħobbu l-mużika kienu qed jidentifikaw l-aktar waqt il-prestazzjonijiet ta’ din is-sena”, spjega Shazam, filwaqt li wera lista tal-kanzunetti ta’ din is-sena.

FL-ewwel post hemm fil-fatt ir-rebbieħa tal-Eurovision ta’ din is-sena, Bangaranga, kantata għall-Bulgarija minn Dara. My System tal-Iżvezja tkun it-tieni l-aktar imfittxija.

B’sorpriża għal ħafna, meta tqis li kienet waħda mill-iktar favoriti, il-kanzunetta tal-Finlandija kisbet it-tmien post.

Prosit bħal dejjem AIDAN!







Ritratti:

Instagram/ AIDAN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI