Fragma Se Jkunu Qed Jesebixxu S-Suċċessi Tagħhom F’Pajjiżna

Il-grupp Ġermaniż trance Fragma, magħruf l-aktar għas-suċċess enormi Toca’s Miracle, se jkun qed jiġi Malta biex jagħti performance waqt il-mass meeting li jmiss tal-Partit Laburista fil-Ħamrun.



Fragma ġew ikkonfermati għall-attività politika li se ssir fil-Victor Tedesco Stadium. Huma se jingħaqdu mal-grupp popolari La Bouche, magħruf għall-klassika Be My Lover, kif ukoll mal-kantanta u DJ Ingliża Christina Novelli, li tat il-vuċi lis-suċċess dance Concrete Angel ta’ Gareth Emery.



Il-mass meeting fil-Ħamrun huwa mistenni jkun wieħed mill-akbar avvenimenti politiċi tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju. L-aħbar tal-wasla ta’ Fragma ġabet entużjażmu fost dawk li jħobbu l-mużika dance u trance tas-snin 2000, b’Toca’s Miracle tibqa’ sal-lum waħda mill-aktar kanzunetti memorabbli tal-era dance Ewropea.



Ritratti:

Facebook / Jason Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI