Mill-Preċett Għall-Eurovision – Daniel Falzon Mallia Jiftakar L-Ewwel Festival Li Serqulu Qalbu

Il-preżentatur ta’ ONE Radio Daniel Falzon Mallia qasam mument nostalġiku mas-segwaċi tiegħu hekk kif fakkar is-sena 1997, sena li għalih tibqa’ waħda mimlija memorji speċjali.

Fost il-memorji li semma kien hemm il-preċett tiegħu, reċta tal-iskola u wkoll l-ewwel darba li segwa l-Eurovision Song Contest 1997 b’interess kbir. Daniel fakkar kif dik is-sena Debbie Scerri kienet irrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta Let Me Fly, prestazzjoni li għadha sal-lum tibqa’ mfakkra minn ħafna dilettanti tal-Eurovision.



Hu rrakkonta kif, minkejja li kien għadu tifel ċkejken, segwa l-festival b’tant ħeġġa u passjoni, interess li jidher li baqa’ miegħu matul is-snin kollha.



Issa, snin wara, Daniel se jkun qed jgħix mill-ġdid dik l-esperjenza flimkien mas-semmiegħa tiegħu fuq ONE Radio, hekk kif ħabbar li llejla għall-ħabta tat-20:30 se jkun qed jiżvela aktar dettalji waqt il-programm tiegħu.

Il-post tiegħu qanqal sentiment ta’ nostalġija fost ħafna segwaċi, speċjalment dawk li wkoll jiftakru s-snin fejn Malta kienet tikseb riżultat pożittivi sena wara sena fil-Eurovision Song Contest.



Ritratti:

Facebook / Daniel Falzon Mallia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI