“Għall-Grazzja Tal-Ħanin Alla L-Għażiż Ħija Martin Jinsab Lura Magħna” – Il-Viċi Sindku Ta’ Raħal Ġdid, Dominic Grima

Il-Viċi Sindku ta’ Raħal Ġdid, Dominic Grima, kiteb aġġornament dwar ħuh Martin u rringrazzja lil kulħadd li offra l-appoġġ.

Hu kiteb, “Għall-grazzja tal-ħanin Alla l-għażiż ħija Martin jinsab lura magħna. F’isem ħija u l-familja kollha tagħna, nirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ħasbu fih fit-talb tagħhom u awgurawlu fejqan ta’ malajr. Qiegħed jiskuża ruħu ma’ dawk kollha li qed jippruvaw jagħmlu kuntatt miegħu, imma bħalissa għalkemm jinsab aħjar, għandu bżonn ħafna mistrieħ, biex ikompli jirkupra ħalli jkun jista’ jkompli jieħu l-kura fil-ġimgħat li ġejjin.”

Temm kliemu, “Komplu żommuh fit-talb tagħkom. Grazzi mill-qalb.”

Nagħtuh il-kuraġġ biex ikompli jirkupra.

Ritratt:

Facebook / Dominic Grima II

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI